Sbiħ il-Jum tal-11 ta' Ġunju, TO ta' San Barnaba Appostlu

Back


Sbiħ il-Jum tal-11 ta' Ġunju, TO ta' San Barnaba Appostlu SALMODIJA Ant.1 Qajjem il-qawwa tiegħek, Mulej, u ejja ħa ssalvana. Salm 79 (80) O Ragħaj ta Iżrael, agħti widen, * int li tmexxi bħal merħla l Ġużeppi. Int li qiegħed fuq il-kerubini, * iddi quddiem Efrajm, Benjamin u Manasse. Qajjem il-qawwa tiegħek, * u ejja ħa ssalvana. Reġġagħna għal li konna, Alla ta l-eżerċti; * itfa fuqna d-dija ta wiċċek, u nkunu salvi. Mulej, Alla ta l-eżerċti, kemm se ddum tinkorla * minkejja t-talb tal-poplu tiegħek? Tmajthom il-ħobż magħġun bid-dmugħ, * sqejthom id-dmugħ bix-xaba. Għamilt minna t-tilwim tal-ġirien tagħna, * l-għedewwa tagħna jiddieħku bina. Reġġagħna għal li konna, Alla ta l-eżerċti; * itfa fuqna d-dija ta wiċċek, u nkunu salvi. Int qlajt dielja mill-Eġittu, * warrabt il-ġnus biex tħawwel lilha. Ħejjejt l-art għaliha; * hi xenxlet għeruqha u mliet l-art. Tgħattew l-għoljiet bid-dell tagħha, * bħal ċedri kbar iż-żraġen tagħha. Meddet sal-baħar il-friegħi tagħha, * sax-xmara ż-żraġen tagħha. Għaliex, mela, ġarraft il-ħitan tagħha, * u kull min jgħaddi jqaċċat minnha? Iħarbatha l-ħanżir selvaġġ, * il-bhejjem tar-raba jirgħu fiha. Erġa ejja, Alla ta l-eżerċti; † ħares mis-sema, u ara, * u żur il din id-dielja. Ħu ħsieb dak li ħawlet lemintek, * ir-rimja li int kabbart għalik. Jinqerdu mal-ħarsa qalila ta wiċċek * dawk li tawha n-nar u qaċċtuha. Ħa tkun idek fuq il-bniedem ta lemintek, * fuq il-bniedem li int saħħaħt għalik. Aħna ma nitbegħdux minnek; * roddilna l-ħajja, u aħna nsejħu ismek. Reġġagħna għal li konna, Alla ta l-eżerċti; * itfa fuqna d-dija ta wiċċek, u nkunu salvi. Ant. Qajjem il-qawwa tiegħek, Mulej, u ejja ħa ssalvana. Ant. 2 Il-Mulej għamel ħwejjeġ kbar; ħa jkun dan magħruf min-nies kollha ta l-art. Kantiku (Is 12,1-6) Inroddlok ħajr, Mulej, għaliex għadabt għalija, * imma l-korla tiegħek reġgħet lura, u int farraġtni. Ara, Alla hu s-salvazzjoni tiegħi; * jiena nittama, u ma jkollix mniex nibża. Għax il-qawwa u l-għana tiegħi hu l-Mulej, * hu s-salvazzjoni tiegħi. Kollkom ferħana, * timlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni. U fdak il-jum għad tgħidu: * Għannu lill-Mulej, sejħu lil ismu għarrfu lill-ġnus l-għeġubijiet tiegħu, * xandru li ismu huwa filgħoli. Għannu lill-Mulej, għax għamel ħwejjeġ kbar; * ħa jkun dan magħruf min-nies kollha ta l-art. Aqbeż bil-ferħ, għanni, int li tgħammar fSijon, * għax kbir hu fnofsok il-Qaddis ta Iżrael! Ant. Il-Mulej għamel ħwejjeġ kbar; ħa jkun dan magħruf min-nies kollha ta l-art. Ant.3 Għajtu bil-ferħ lil Alla l-Qawwi ta Ġakobb. Salm 80 (81) Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna, * għajtu bil-ferħ lil Alla ta Ġakobb! Għollu l-leħen ta l-għana, doqqu t-tnabar, * doqqu ċ-ċetra ħelwa ma l-arpa. Doqqu t-tromba mal-qamar ġdid, * mal-qamar mimli fjum il-festa tagħna. Għax dan hu kmandament għal Iżrael, * din liġi ta Alla ta Ġakobb. Dan l-ordni hu tah lil Ġużeppi, * huwa u ħiereġ minn art l-Eġittu. Kliem li ma nafux qiegħed nisma: † Neħħejtlek it-tagħbija minn fuq dahrek, * ħlistlek idek mill-irfigħ tal-qoffa. Fid-dwejjaq sejjaħtli, u jiena ħlistek; † bleħen moħbi, bħal fragħda, weġibtek; * ħdejn l-ilma ta Meribah ġarrabtek. Ismagħni, poplu tiegħi, ħa nlumek: * Iżrael, mhux li kont tismagħni! Ma jkollokx alla ieħor fnofskom, * tinxteħitx quddiem alla barrani. Jiena l-Mulej, Alla tiegħek, † li tellajtek mill-art ta l-Eġittu; * ftaħtlek ħalqek u tmajtek. Iżda l-poplu tiegħi ma semax minni, * Iżrael ma riedx jaf bija. Għalhekk tlaqthom għall-ebusija ta qalbhom, * biex imxew skond il-fehmiet tagħhom. Jekk il-poplu tiegħi jisma minni, * jekk Iżrael jimxi fi triqati, minnufih inniżżel l-għedewwa tagħhom, * idi ndawwar fuq dawk li huma kontriehom. Dawk li jobogħduhom jersqu jitkaxkru quddiemhom; * din tkun xortihom għal dejjem. U lilhom nitmagħhom bqamħ mill-aħjar, * inxebbagħhom bl-għasel mill-blat. Ant. Għajtu bil-ferħ lil Alla l-Qawwi ta Ġakobb. Kant. ta Żakkarija... Għeluq Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta dejjem. Amen.

Category: People
Uploaded: June 10th, 2009 @ 7:03 pm
Author: BREVJAR

Length: 11:00
Rating:
Views:

Tags: 11 gunju s barnaba appostlu

Related Video Links:


» View Video Comments For Sbiħ il-Jum tal-11 ta' Ġunju, TO ta' San Barnaba Appostlu
» View BREVJAR's Other Uploaded Videos

Video Thumbnails:


Thumbnail #1 Video Thumbnail #1:

Thumbnail #2 Video Thumbnail #2:

Thumbnail #3 Video Thumbnail #3:



Video Embedding Code:


Video Url:


Embed Code:

* Embed this video on your website, social bookmark, myspace, or blog.